L-għadd tal-vittmi tal-COVID-19 fir-Renju Unit issa huwa l-ogħla fl-Ewropa

L-għadd tal-imwiet fir-Renju Unit jaqbeż it-30,000 persuna

L-għadd ta’ mwiet kawża tal-COVID-19 fir-Renju Unit huwa l-ogħla fl-Ewropa hekk kif dan qabeż it-30,000 persuna.

Dan ifisser li r-Renju Unit qabeż lill-Italja, hekk kif mill-bidu tal-pandemija ‘l hawn, fl-Italja, tilfu ħajjithom 29,300 persuna.

Sa issa, fir-Renju Unit, kien hemm ‘il fuq minn 194,000 każ.

L-Istati Uniti jibqgħu l-agħar milquta mill-coronavirus hekk kif kienu rreġistrati ‘l fuq minn 1.2 miljun każ u l-għadd tal-vittmi jaqbeż it-72,000 persuna.

Minkejja li l-każi fl-Istati Uniti qed jiżdiedu b'mod allarmanti kuljum, il-President Amerikan Donald Trump qal li sal-aħħar ta' Mejju, bidu ta' Ġunju, jista' jieqaf l-operat tat-Task Force li l-White House waqqfet biex tiġġieled il-pandemija.

Dan kien ikkonfermat ukoll mill-Viċi President Amerikan, li qed imexxi dan l-istess Task Force, Mike Pence.

More in Barranin