Boris Johnson isir missier ... għandu tifel

L-aħbar ħarġet ftit jiem wara li Boris Johnson fieq għal kollox mill-COVID-19

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u s-sieħba tiegħu Carrie Symonds ħabbru li għandhom tifel.

Kelliem għall-Prim Ministru qal li kemm l-omm u anke t-tifel jinsabu f'kundizzjoni ta' saħħa tajba.

L-aħbar ħarġet ġurnata wara li Johnson irritorna lura għax-xogħol wara li kien pożittiv għall-COVID-19 iżda rkupra tajjeb.

Johnson u Symonds irringrazzjaw lill-ħaddiema kollha tas-saħħa għall-ħidma tagħhom

Johnson għandu 55 u Symonds 32 u kien f'Marzu li ħabbru qed jistennew tarbija "kmieni fis-sajf." 

More in Barranin