Franza tippreżenta l-pjan dwar kif se tibda terħi r-restrizzjonijiet

Il-lockdown fi Franza jiġi fi tmiemu fil-11 ta' Mejju

Il-Gvern Franċiż, aktar tard illum, se jħabbar il-pjan u l-istrateġija tiegħu biex ftit ftit anke Franza tibda terħi r-restrizzjonijiet tagħha.

Il-lockdown fi Franza jintemm fil-11 ta' Mejju, b'rapporti jisħqu li l-pjan tal-Gvern Franċiż huwa li jinfetħu mill-ġdid l-iskejjel u anke diversi negozju.

Il-pjan se jkun ippreżentat illum waranofsinhar mill-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe.

Fl-aħħar 24 siegħa, 437 persuna tilfu ħajjithom fi Franza biex hekk it-total tal-vittmi tela' għal 23,293.

B'kollox, fi Franza, 128,000 persuna mardu bil-COVID-19.

More in Barranin