Tikber it-tama fl-Italja wara li għall-ewwel darba naqsu l-każi attivi ta' COVID-19

Anke jekk it-tnaqqis kien wieħed żgħir l-awtoritajiet saħqu li għalihom huwa żvilupp pożittiv

L-għadd ta’ persuni pożittivi bil-coronavirus fl-Italja naqas għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija fl-Italja.

Sa nhar it-Tnejn li għadda, fl-Italja kien hemm 108,237 persuna li kien qed jirċievu trattament fl-isptar jew li jinsabu rikoverati fid-dar tagħhom, 20 persuna inqas mill-ġurnata ta’ qabel.

Skont l-awtoritajiet, anke jekk in-numru huwa żgħir ħafna, għalihom huwa żvilupp pożittiv.

Il-lockdown fl-Italja se jibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ Mejju anke jekk reġgħu fetħu xi ħwienet, inkluż dawk tal-kotba, stationaries u anke ħwienet li jbiegħu ħwejjew tat-tfal.

L-Italja hija t-tielet l-aktar pajjiż, wara l-Istati Uniti u Spanja, li kellha każi ta’ COVID-19.

Fl-Italja sa issa tilfu ħajjithom 24,000 persuna kawża tal-virus.

More in Barranin