L-Iran jirritalja u jattakka bil-missili żewġ bażijiet militari Amerikani

Għadu mhux magħruf jekk inqatlux suldati bil-President Trump, fuq Twitter, iserraħ ras l-Amerikani li kollox jinsab taħt kontroll.

Tkompli teskala t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran b’dan tal-aħħar iwettaq attakk bil-missili fuq bażijiet tal-ajru ta’ truppi Amerikani u dan wara l-qtil tal-Ġeneral Qasem Soleimani.

Għadd ta’ missili laqtu żewġ bażijiet militari Amerikani waħda f’Ibril u l-oħra f’Al Asad, fil-punent ta’ Baghdad.

Għadu mhux magħruf jekk inqatlux suldati, bil-President Trump, fuq Twitter, iserraħ ras l-Amerikani li kollox jinsab taħt kontroll.

L-attakk seħħ ftit sigħat biss wara d-difna tal-Ġeneral Qasem Soleimani li nqatel il-ġimgħa wara attakk ordnat mill-President Trump.

Qasem Soleimani kien meqjus bħala t-tieni l-aktar persuna importanti fl-Iran. 

Dwar dan l-attakk, il-Mexxej Suprem Ayatollah Khamenei insista li l-azzjoni militari mhijiex biżżejjed. 

“Dak li hu importanti huwa li l-preżenta korrotta tal-Istati Uniti tispiċċa,” saħaq Khamenei waqt li ddeskriva l-attakk bħala “daqqa ta’ ħarta għall-Amerka.

More in Barranin