L-Awstralja tesperjenza l-aktar jum sħun fl-aħħar sitt snin

L-Uffiċċju tal-Metrojoloġija jgħid li probabbilment se jinkisru ir-rekords tas-sħana fl-Istati ta’ South Australia, Victoria, u New South Wales.

L-Outback tal-Awstralja
L-Outback tal-Awstralja

Ilbieraħ, skont rapport li ħareġ l-Uffiċċju tal-Metrojoloġija (BoM) Awstraljan, Awstralja esperjenzat temparatura b’medju ta’ 40.9C. Din it-temperatura kisret ir-rekord ta’ qabilha, li kien 40.3C, fl-2013. Skont il-BoM, din-temperatura ġiet affetwata minn bosta fatturi, fosthom nixfa qawwija, nirien tal-foresti, kif ukoll riħ qawwi mil-Lvant.

Imbassrin tat-temp fl-Awstralja semmew ukoll li din kienet sorprendenti, peress li huma bassru li t-temperatura kienet se tgħola aktar tard din il-ġimgħa. Madankollu, dan jista jfisser li r-rekord jista’ jinkiser darb’oħra.

Fir-rapport tiegħhu, il-BoM ikkonkluda billi qal li din il-mewġa tas-sħana se tkompli u li probabbilment se tikser ir-rekords fl-Istati ta’ South Australia, Victoria, u New South Wales.

More in Barranin