Għall-Qorti ż-żagħżugħ li kien qed isuq il-kontejner b'39 persuna mejta

Iż-żagħżugħ se jkun akkużat bl-omiċidju tal-persuni, bi traffikar uman u anke ħasil ta' flus

Iż-żagħżugħ li kien qed isuq il-kontejner
Iż-żagħżugħ li kien qed isuq il-kontejner

Ix-xufier tal-kontejner li fih instabu 39 persuna mejta f’Essex, l-Ingilterra, se jkun qed jitressaq il-Qorti.

Iż-żagħżugħ, li għandu 25 sena u li huwa mill-Irlanda ta’ Fuq, mistenni jidher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Chelmsford permezz ta’ videolink.

Huwa mistenni jkun akkużat bil-qtil tad-39 persuna, bi traffikar tal-persuni u anke b’ħasil ta’ flus.

L-iġsma bla ħajja nstabu nhar l-Erbgħa li għadda fil-kontejner f’żona industrijali.

Intant, għadhom għaddejja t-testijiet tad-DNA biex il-vittmi, li huma kollha mill-Vjetnan, ikunu identifikati.

Tliet persuni oħra ġew arrestati b’rabta ma’ dak il-każ u ngħataw il-ħelsien mill-arrest nhar il-Ħadd li għadda.

More in Barranin