Il-President Taljan Sergio Mattarella beda jumejn ta’ konsultazzjoni dwar il-pass li għandu jieħu wara li lbieraħ waqa’ l-Gvern Taljan.
Kien il-Prim Ministru Giuseppe Conte stess li ddikjara li l-Gvern ma jistax ikompli jaħdem u dan wara li fetaħ il-kanuni kontra d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Matteo Salvini.
Mattarella se jkun qed jiddiskuti ma’ diversi uffiċjali, fosthom il-President Emeritu Georgio Napoletano, il-President tal-Kamra tad-Deputati u anke l-mexxejja tal-partiti politiċi fil-Parlament Taljan.
Il-President għandu żewġ għażliet. Jew ixolji l-Parlament u għalhekk tissejjaħ elezzjoni ġenerali, jew inkella jaħtar Prim Ministru ġdid u jitolbu jifforma Gvern.