L-attur leġġendarju Christopher Plummer imut ta' 91 sena

Ħadem f'għexieren ta' films imma jibqa' mfakkar ma' miljuni għal parti li lagħab f'The Sound of Music 

Christopher Plummer ma' Julie Andrews f'The Sound of Music
Christopher Plummer ma' Julie Andrews f'The Sound of Music

Illejla tħabbret il-mewt tal-attur popolari u veteran Christopher Plummer, Kanadiż magħruf għal bosta films illi fihom kien attur prinċipali, iżda fuq quddiem hemm The Sound of Music, The Man who would be King u All the Money in the World.  Huwa kellu 91 sena. 

Kienet il-famija tiegħu li kkonfermat il-mewt ta' Plummer, b'martu Elaine Taylor ta' 53 sena maġenbu. 

Lou Pitt, il-maniġer tiegħu għal 46 sena u ħabib personali ddeskriva lil Plummer bħala persuna straordinarja li kien iħobb u jirrispetta l-professjoni tiegħu ... permezz tal-umanità u l-kapaċità fl-arti mess qalbna u l-ħajja leġġendarja tiegħu se tibqa' għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin."

Il-film The Sound of Music tal-1965 imbuttah għall-popolarità li mbagħad kompla jikseb matul is-snin, sal-aħħar snin meta deher f'diversi produzzjonijiet.  Il-film mużikali ta' Rodgers and Hammerstein huwa dwar il-familja Von Trapp fl-Awstrija fl-ewwel snin tan-Nażizmu, bi Plummer jilgħab il-parti ta' Captain Von Trapp. 

Iżda hu ħa sehem f'għexieren ta' films oħrajn bil-parti f'The Last Full Measure tkun l-aħħar u Stage Struck fl-1958, tkun l-ewwel.

Intant il-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 14 ta' Frar li ġej se tagħti ħarsa lejn il-karriera ta' Plummer fil-paġni ddedikati għaċ-ċinema u films. 

More in Arti