Kantanti Maltin jiddominaw il-kompetizzjoni Talent World Contest 2019

Din id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija minn Erika Said ta’ Erseb Productions.

Sitt kantanti Maltin iddominaw il-Kompetizzjoni Talent World Contest 2019, li saret f’San Benedetto del Tronto fl-Italja.

Il-kantanti, li l-età tagħhom tvarja bejn is-sitta u l-14-il sena kienu qed jikkompetu ma 'l fuq min 240 parteċipant li kienu ġejjin mid-dinja kollha fosthom mill-Brażil, Ġermanja kif ukoll mill-Portugal.

Il-kantanta Maltija Martina Cutajar kiseb l-għola unur hekk kif rebħet il Grand Prix bi diski ‘Dynasty’ u ‘Bird set free’, Martina hija kantanta promettenti ferm hekk kif fil-kwalifikazzjonijiet tal-Junior Eurovision klassifikat fit-tielet post bid-diska ‘Dynasty’.

Martina Cutajar u Chanel Monseignuer
Martina Cutajar u Chanel Monseignuer

Iċ-ċkejkna Chanel Monseignuer kisbet l-ewwel post fost 18-il kantant fil Kategorija ta’ bejn is seba’ u disgħa’ snin  bi diski ‘Shallow’ u ‘What's up’ kif ukoll spiċċat ir raba' post fil-Kategorija Grand Prix. Chanel ġiet mistiedna mill-ġurija preżenti biex tipparteċipa f’bosta pajjiżi internazzjonali.

Fil kategorija ta’ taħt is-sitt snin il-Kantanta Katryce Grixti kisbet ukoll l-ewwel post bi diski ‘Colours of the wind’ u ‘Puppet on a string’ kif ukoll giet mistiedna mill-ġurija preżenti biex tkanta f’pajjiż internazzjonali.

Fil-kategoriji l-oħra il-kantanta Keyana Brydon kisbet it-tieni post bi diski ‘I dreamed a dream’ u ‘You raise me up’ bil-kantanta Jade Spiteri tikseb it tielet post bi diski ‘Spoonful of suga’ u ‘Tintarella di luna’.

Il-kantanta Amy Jones ingħatat il-premju speċjali għad-diska ‘A million dreams’u ‘Somewhere over the rainbow’.

Din id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija minn Erika Said ta’ Erseb Productions.

More in Arti