Tmut il-mara b'vuċi maġika; L-Ispanjola Montserrat Caballe
Ir-Re Felipe ta' Spanja jiddeskriviha bħala leġġenda universali, kulturali
![Montserrat Caballe](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/montserratcaballe1.jpg)
Montserrat Caballe
Kellha vuċi mill-isbaħ, Spanjola u tkanta l-opra. Kienet magħrufa għall-interpretazzjonijiet tagħha ta' Rossini, Bellini u Donizetti u kantat bosta drabi ma' Freddie Mercury, fosthom il-famuża 'Barcelona'; Montserrat Caballe. Il-kantanta mietet iktar kmieni fl-etá ta' 85 sena fi sptar f'Barċelona.
Ir-Re Felipe VI iddeskriva lil Caballe bħala "l-mara tal-opra, leġġenda universali, kulturali."
More in Zekzik