![L-istess ġurija għat-tieni staġun ta' X Factor Malta](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/x_factor.jpg)
Smajtu li n-NASA biddlu s-sinjali żodjakali...
Numru ta' posts fuq facebook illum qajmu kurżità li n-NASA biddlet is-sinjali żodjakali... veru imma?
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/nasa.gif)
Dalgħodu fuq facebook tfaċċaw ammont ta' 'posts' isostnu li n-NASA sabet xi żball fl-allinjament tal-pjaneti u għaldaqstant wara 2000 sena, is-sinjali żodjakali kif nafuhom inbiddlu... ingħad ukoll li żdied it-tlettax il-sinjal, Ophiuchus ....
Għal dawk kollha li nkwetaw li issa m'għadomx jaqaw taħt l-istess stilla li dejjem kienu tant kburin li jagħmlu parti minnha... in-NASA stess isserħilhom moħħom u tgħid li din l-aħbar kienet biss ċajta u invenzjoin ta' xi ħadd. Ovvjament, permezz ta' facebook, l-aħbar inxterdet mad-dinja kollha fi ftit ġranet.
Infatti meta kelliem għan-NASA ġie mistoqsi dwar dan il-bdil fis-sinjali żodjakali, ir-risposta kienet waħda sempliċi ħafna..."In-NASA tistudja l-Astronomija... u mhux l-Astroloġija"
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/zodiac.jpg)