'Jew tonqos jew barra'

Sospiżi xahar milli jaqraw l-aħbarijiet sa ma jonqsu

'M'intkomx se tidhru fuq it-TV sa ma tonqsu' qalulhom lil tmien ġurnalisti li jaqraw l-aħbarijiet fuq stazzjon tal-Istat tal-Eġittu, ERTU. Dawn it-tmien ġurnalisti ġew sospiżi xahar biex jagħmlu d-dieta. Jekk am jagħmlux hekk jitkeċċew mix-xogħol. Barra d-dannu u l-umiljazzjoni pubblika ta' dawn l-imsejkna li għoġobhom jieklu naqra aktar dawn in-nisa lanqas biss se jingħataw salarju.

Khadija Khattab, waħda minn dawk sospiċi u hi waħda mill-aktar 'anchor woman' popolari qalet lil ġurnal tas-sawdi Al Watan li ħassitha ferm umiljata u l-aġir ta' min imexxi hu skandaluż. "In-nies għandhom jaraw kif dehert fuq it-TV huma u jiġġudikaw huma jekk inhix daqshekk ħoxna li dejjaqthom". Min-naħa tal-istazzjon qalu li din id-deċiżjoni saret għax l-istazzjon Eġizzjan irid jimodernizza d-dehra tiegħu u biex ikunu kompettitivi mal-istazzjonijiet oħra Internazzjonali u jneħħu l-ideja li għax stazzjon Eġizzjan jgħaddi kollox. 

Sadattant din id-deċiżjoni diġa qajmet pandimonju sħiħ fost l-organizazzjonijiet mondjali dwar id-drittijiet tal-mara, "Li tiġġudika persuna fuq id-dehra tiegħu mhux ġust. Iżda rridu niġġudikawhom dwar il-prestazzjoni tagħhom." qalet Eman Beibers president tal-assoċjazzjoni favur id-drittijiet tan-Nisa, "allura Oprah Winfrey, waħda mill-aqwa preżentatriċi fid-dinja nneħħuha għax ħoxna?"

More in Zekzik