'Ħallikom minn Ibiza u morru Malta...aħjar u irħas'

Blog fuq is-sit Ingliż Metro.co.uk iħeġġeġ lit-turisti biex jinsew il-pjanijiet tagħhom għal Ibiza u jiġu Malta minflok 

'Ħallikhom minn Ibiża u morru Malta!'
'Ħallikhom minn Ibiża u morru Malta!'

'Iċ-ċansijiet huma li jekk qed taħsbu biex tmorru fuq vaganza kbira ma' sħabkom, tmorru ximkien bħal Ibiza jew il-Kroazja. Postijiet sbieħ, mela! Imma fil-verità jkun aħjar li taħsbu f'Malta.

B'300 ġurnata ta' xemx kull sena, għandkom garanzija ta' tgawdija tax-xemx fuq il-bajjiet. Flimkien mal-bajjiet, żid ix-xena mużikali li dejjem qed tikber fil-pajjiż, ibda mill-mużika raggae u ibqa' sejjer sal-mużika dance u għandek vaganza tal-ġenn. U kuntrarjament għal Ibiza vaganza f'Malta ma tiswikx fortuna flus." 

Dan kien il-mod kif il-blogger Inlgliża Francesca Kentish iddeskriviet lill-pajjiżna fuq is-sit popolari Ingliż Metro.co.uk. Kentish tagħmel elenku sħiħ ta' x'jista' jara turist żgħażugħ, apparti l-mużika u l-parties. Hija ssemmi l-ikel, l-istorja, l-bajjiet, il-Port il-Kbir u saħansitra l-Parlament Malti li tfakkar illi kien bini li ġab kontroversja hekk kif  "inbena mill-istess persuna li bena x-Shard, f'Londra". Il-blog huwa mimli b'titratti mill-isbaħ ta' pajjiżna.

Tista ssegwi dak kollu li qalet Kentish fuq is-sit billi tagħfas hawnhekk. 

 

More in Zekzik