Muscat u Bedingfield kontra xulxin

Min se joħroġ rebbieħ minnhom?

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u Glenn Bedingfield inqatgħu ftit mill-politika  u ddeċidew li jmorru Ruma flimkien fejn hemm se joħorġu fejn ma jaqblux. Il-Juventin Glenn u l-Milanist Joseph se jkunu preżenti għal finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Milan fejn se jkun interessanti li dawn it-tnejn li tant huma 'buddy buddy' se jħarsu lejn xulxin waqt il-konfront. Min se jirbaħ minnhom? Interessanti l-fatt li jekk jirbaħ Bedingfield se jkun qed jirbaħ Simon ukoll għax dan Juventin ukoll. Tgħid Simon se jkun l-Olimpico wkoll jittama li jkollu l-ewwel rebħa fuq Joseph?

More in Zekzik