Waqqfet l-insulina biex tonqos u tilfet snienha kollha

Kienet tara lilha nnifisha ħoxna u kerha

" Bdejt inħossni ħoxna u kerha, tant li kont nibża inħares lejjha nnifsi. Ridt ninbidel u għalhekk bdejt inwaqqaf l-injezzjoni tal-insulina li kont nieħu kuljum ħalli z-zokkor jikolli x-xaħam minn ġewwa u nonqos. Ma ridtx innaqqas l-ikel u għażżiena wisq biex noqgħod nagħmel l-eżerċizzju fiżiku."

Hekk irrakuntat dak li għamlet mara ta' 30 sena, Skye Simpson minn Melbourne l-Awstralja li tbati mid-dijabete type 1. Għall-bidu ddeċidiet li flok żewġ injezzjonijiet kuljum tieħu waħda, u wara diversi ġimgħat iddeċidiet li twaqqafha. Wara sitt xhur tilfet 28 kilo, bdiet titlef ħafna mid-dawl u tilfet snienha u xagħra. Il-mara bdiet tħossha ħażin regolari iżda xorta baqgħet għaddeja bid-dieta li vvintat sa ma kellha tagħmel dentiera. Marret għand psikjatra u llum tħossha aħjar iżda għadhom viżibbli l-ħsara li għamlet lil ġisimha.

 

More in Zekzik