![L-istess ġurija għat-tieni staġun ta' X Factor Malta](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/x_factor.jpg)
[Filmat] Aretha Franklin temozzjona sala sħiħa inkluż lill-President Obama
Il-kantanta ta' 73 sena kienet qed tkanta waqt ċerimonja ta' għoti ta' premijiet
![Il-President Amerikan jemozzjona ruħu waqt l-esibizzjoni ta' Aretha Franklin](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/screen_shot_2015-12-30_at_17.23.22.png)
Aretha Franklin tat esibizzjoni tad-diska ferm popolari tagħha tal-1967, (You Make Me Feel Like) A Natural Woman fejn emozzjonat lil dawk kollha li kienu preżenti fis-sala f'Washington, inkluż il-kompożitriċi Carole King, u l-President Amerikan Barack Obama, li deher emozzjonat bl-esibizzjoni tar-reġina tal-Blues.
Franklin tat din l-esibizzjoni impekkabbli fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet annwali 'Kennedy Center Honors' li saret fis-6 ta' Diċembru li għadda, iżda ġiet imxandra fuq it-Tv riċentement.
Fost dawk preżenti fis-sala, u li baqghu impressjonati bit-talent impekkabbli ta' Franklin, kien hemm George Lucas, il-President Obama u l-mara tiegħu u l-attriċi Gina Rodriguez.