Għar Dalam u l-krejaturi tal-lejl

il-farfett il-lejl, wieħed mill-bosta kreaturi li jgħixu f'Għar Dalam
il-farfett il-lejl, wieħed mill-bosta kreaturi li jgħixu f'Għar Dalam

Wara s-suċċess li kellha f’Lulju bl-attivta’ f’Għar Dalam, Heritage malta set torganizza attivita’ oħra unika fl-istess post għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom in-natura u l-istorja naturali. Din id-darba l-attivita’ wkoll ser issir bil-lejl.

Din id-darba il-protagonisti m’huma se jkunu ħadd ħlief friefet il-lejl u baħriijiet. L-attivita’ ser issir nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru fis-7:30pm li se tkun lejla bla qamar u għaldaqstant idejali sabiex wieħed jkun jista’ josserva lil dawn il-krejaturi.

Il-friefet il-lejl jkunu jafu fejn qegħdin permezz ta’ echolocation. Fil-fatt huma jagħmlu ċerta ħsejjes li l-bnedmin ma jisimgħux u billi juaw l-eku tagħhom fl-ambjent li fih ikunu jirnexxilhom isibu kemm id-direzzjoni kif ukoll xi nsetti li jkunu qegħdin itiru. Apparat li jissejjaħ bat detector jintua sabiex wiħed isib il-freieft il-lejl. Dan l-apparat isib il-ħsejjes magħmula mill-friefet il-lejl u jikkonvertihom fi ħsejjes li jistghu jisimgħu l-bnedmin.

Il-baħrijiet jiġu studjati permezz ta’ nassa apposta li tikkonsisti f’lampa ultravjola li titqiegħed quddiem sfond abjad. Il-baħrijiet jinġibdu lejn dawn ir-raġġi u jispiċċaw fin-nassa li minnha jinħelsu wara li jiġu studjati.

L-attivita’ ser ittella’ Heritage Malta fit-12 ta’ Settembru se tikkonsisti fi preżentazzjoni dwar il-friefet il-lejl u l-baħrijiet, mixja mal-friefet il-lejl li tula dawk li ser jattendu ser ikollhom l-opportunita’ jisimgħu speċi differenti ta’ friefet il-lejl permezz ta’ bat detector kif ukoll żjara f’sit fejn hemm nasses tal-baħrijiet sabiex jaraw diversi speċi ta’ din il-ħlejqa u kif jiġu attirati mid-dawl ultravjola. Il-baħrijiet ser jiġu identifikati u mħarba fl-istess post minn fejn inqabdu. Inkluż fil-prezz hemm ukoll xi ikel ħafif.

Il-biljetti li l-prezz tagħhom huwa ta’ €12 għall-adulti u €10 għall-anzjani, studenti ,membri ta’ Heritage Malta u tfal taħt it-12 –il sena jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta kif ukoll online minn http://shop.heritagemalta.org . Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21657419 jew iżur il-paġna uffiċjali ta’ Heritage Malta fuq Facebook.

 

 

More in Zekzik