Jekk tinduna b'xi ħofra kbira kellem lill-IRA LOSCO għax il-vuċi tagħha tinstema sew

Wara li Ira Losco kitbet fuq il-facebook li qattgħet tyre tal-karrozza H'Attard il-ħofra twittiet

Ira Losco kitbet fuq il-facebook tagħha li waqt li kienet għaddejja mit-trieq f'Ħ'Attard kien hemm ħofra (li mhux l-unika waħda f'Malta) u qattgħet it-tyre, Il-vuċi tal-kantanta popolari Maltija Ira Losco hi waħda b'saħħitha u fuq dan m'hemm l-ebda dubju, iżda issa Malta saret taf li din il-vuċi tasal fuq widnejn l-ogħla awtoritajiet fejn mhux biss is-sindku ta' Ħ'Attard iddeċieda li jiftaħ ħalqu, iżda anke l-awtorita tat-Trasport li tefgħet it-tort lejn il-kuntrattur li min-naħa tiegħu sa fil-għaxija witta l-ħofra u dan wara ħafna lmenti li skont is-sindku ta' Ħ'Attard kienu ilu jagħmel. Iżda leħnu mhux b'saħħtu bħal ta' Ira Losco.

Għalhekk dawk kollha li jiltaqgħu ma xi ħofra jikuntattjaw lil din il-kantanta għax il-vuċi tagħha twassal ħafna. 

More in Zekzik