Ir-Re tal-Bhutan l-aktar leader sexy fid-dinja

Il-Papa Franġisku daħal ukoll fil-lista tal-aktar 199 sexy ... Joseph tagħna ma jidher imkien

Is-sit elettroniku HottestHeadofState.com ħoloq lista tal-aktar mexxejja mondjali li huma sexy, bir-re tal-Bhutan jirbaħ fuq kulħadd.

Mexxejja oħra 'l fuq fil-klassifika huma l-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras li tela mill-ewwel fl-10 post. Il-President Russu Vladimir Putin jinsab fit-32 post filwaqt li l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi jinsab fl-44 post, anke jekk it-Taljani jippretendu li huma l-aktar irġiel senswali.

Wara Renzi hemm l-Prim Ministru Ingliż David Cameron fis-56 post, bil-prinċep ta' Monaco jieħu s-67 post. It-tieni post akkwistah l-president tal-Messiku u t-tielet ir-re Felipe ta' Spanja.

L-ewwel fost il-mexxejja nisa hija l-president tal-Arġentina Cristina Fernández de Kirchner u warajha l-President tal-Kroazja Kolinda Grabar-Kitarovic li tinsab fid-disa' post. Il-kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel kisbet it-92 post, bir-Reġina Eliżabetta tispiċċa ħames postijiet qabel Merkel, jiġifieri fis-87 post.

Il-President tal-Amerka Barack Obama ġie kklasifikat fit-13-il post. Anke l-Papa Franġisku daħal f'din il-lista fejn jinsab fil-125.

Fl-aħħar post tal-klassifika fil-199 post spiċċa Kim Jong-Un, il-mexxej tal-Korea ta' fuq.

Ikolli nammetti li fittixt x'pożizzjoni qiegħed "Joseph tagħna" u ma sibtu mkien.

Jekk trid tara l-lista kollha bir-ritratti agħfas hawn.

More in Zekzik