Jiena raġel sabiħ...inti mara sabiħa...jien nitkellem bil-Malti

Vidjow dwar ġuvni li qed jipprova jikkomunika mas-sess femminili b'lingwi ġodda għalih, fosthom il-Malti

"Jien raġel sabiħ....int mara sabiħa"

Għalkemm ilu li tpoġġa fuq YouTube qarrej ġibdilna l-attenzjoni ta' artiklu fuq is-sit BBC li jitkellem dwar l-aktar mod sempliċi li persuna tista titgħallem lingwa. Fl-artiklu hemm vidjow li juri żewġ ġuvintur, b'wieħed minnhom jipprova jispjega lill-ieħor li biex ikollu suċċess man-nisa jkun jrid jitgħallem kif jikkomunika bil-lingwa tagħhom u fejn possibbli jgħaddi dawk iż-żewġ kumplimenti żejda wkoll.

Mill-bosta lingwi li jeżistu, apparti t-Taljan u l-Ġappuniż, dan iż-żgħażugħ jibda jitgħallem il-Malti wkoll b'espressjonijiet bħal "inti mara sabiħa" u "jien raġel sabiħ". Ħalliha illi kieku raġel imur fuq mara Maltija u jgħidilha li huwa sabiħ iktar għandu ċans jaqla' ħarsa bl-ikrah milli bewsa. Imma nsomma il-filmat xorta jġib daħqa fuq il-wiċċ

More in Zekzik