Ritratti ta' Wardens li jiksru l-liġi kontinwament

Jingumbraw il-bankina u l-mutur ipparkjat fuq il-linji doppji sofor

Fuq l-internet tpoġġa ritratt minn persuna fejn ġibed ċorma wardens jiltaqgħu f'dan il-bar f'Liesse Hill. Għandhom dritt jieħdu break u għandhom dritt jiltaqgħu jiddiskutu ċ-ċitazzjonijiet inkella jibagħtu xi messaġġ minn fuq il-mobile. Li m'għandhomx dritt li jingumbraw bankina jew jipparkjaw fuq linji doppji sofor. Il-Malti jgħid biex tiskonġra trid tkun pur! Barra hekk fuq facebook inbniet paġna msejħa 'warden spotting' b'diversi sewwieqa jpoġġu ritratti ta' wardens li suppost qegħdin hemm biex jaraw li ma tinkisrx l-liġi li bil-fatti jkunu qed jiksruha huma stess.

 

More in Zekzik