Sullivan Stapleton għall-film li jmiss f'Malta

"The Lake" se jkun produzzjoni tal-ġeneru 'thriller' tad-Direttur Luc Besson

Sullivan Stapleton fil-parti tiegħu fil-film 300 Rise of an Empire
Sullivan Stapleton fil-parti tiegħu fil-film 300 Rise of an Empire

Minn Lulju li ġej se jibda jinġibed film ieħor f'pajjiżna bl-isem "The Lake" u li se jinkludi fih lill-attur ċelebri Sullivan Stapleton, magħruf l-aktar għall-parti tiegħu fil-film 300-Rise of an Empire. Dan il-film tal-ġeneru thriller għandu lill-Franċiż Luc Besson bħala Direttur. Huwa kien nominat għal diversi premji fil-karriera tiegħu s'issa bħala l-aqwa Direttur għall-films The Messenger u The Story of Joan of Arc filwaqt li rebaħ it-titlu tal-aqwa direttur gġall-films The Fifth Element u Taken 2.

Bħalissa din is-sena l-industrija tal-films għaddejja minn perjodu tajjeb ġafna tant li l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis kien ħabbar li din is-sena se tkun qed tħalli f'pajjiżna total ta' madwar €80 miljun, qabża kbira ħafna minn madwar €20 miljun li ħalliet din is-sena. 

More in Zekzik