Ta' 67 sena u tagħti kunċert topless

Grace Jones skantat lil kulħadd meta f'eta li suppost tirtira tat wirja unika fil-Parklife Festival

Jista jkun li waslet fl-eta li suppost tirtira iżda wara li l-wirja kbira li tat lill-eluf ta' nies li marru jarawha tkanta u tiżfen fil-parklife festival tindunaw li żgur m'ghandiex f'moħħha li tirtira għalissa.

Grace Jones ta' 67 sena skantat lil kulmin kien preżenti meta ħarġet topless u miżbugħa b'żebgħa tribali quddiem folla ta' eluf kbar fil-festival f'Manchester

Grace bdiet taqbeż fuq il-palk bla waqfien fejn kienet liebsa 'corset' speċi ta' panċiera u dublett magħmul mill-ħaxix fejn kantat id-diski 'Rythm' u 'Nightclubbing'

Il-mudella u attriċi mwielda l-Ġamajka uriet il-figura muskolari tagħha li ġibdet l-ammirazzjoni ta' dawk kollha li marru dan il-kunċert fejn kollha kitbu kliem ta tifħir fis-siti soċjali għal din l-istilla fejn qisuha bħala ispirazzjoni għall-abilita tagħha li ma ħallietx l-eta twaqqafha milli tkompli tgħix ħajjitha.

 

More in Zekzik