Caitlyn Jenner - membru ġdid għall-familja Jenner

Daqshekk Bruce Jenner - il-personalità li ġibdet l-attenzjoni tad-dinja għamlet id-debut tagħha bħala mara

Caitlyn Jenner - membru ġdid għall-familja Jenner, li sa ftit ilu kienet magħrufa bħala Bruce Jenner.

Ir-rivista Vanity Fair tweetjat l-aħħar faċċata tar-rivista tagħhom, fejn hemm propjament Caitlyn tippoża bl-immaġini l-ġdida tagħha.

Il-fotografu Annie Leibovitz ħadet l-ewwel ritratti ta' Caitlyn Jenner, wara li Jenner għal dawn l-aħħar snin kienet tinstab f'taqtigħa magħha nnifisha u mal-immaġini li kienet qed tagħti lill-pubbliku ġenerali. Jenner meta kienet għadha tidentifika ruħha bħala raġel kienet kemm stilla tal-isports, kif ukoll fuq it-TV.

Aktar tard, wara ż-żwieġ ma' Kris Jenner ta' 24 sena, ilkoll bdew triq ta' fama ġdida hekk kif bdew is-serjè tat-TV popolari Keeping Up with the Kardashians fl-2007. Minkejja li l-proċess li fih Jenner bdiet teqleb is-sess beda ħafna qabel, fl-2015 wara d-divorzju bejn il-koppja, Jenner ħarġet fil-pubbliku bħala mara trans - fejn sostniet li riedet li jintużaw pronomi maskili għaliha sakemm it-tranżizzjoni tkun lesta.

Kien biss ilbieraħ li Jenner bdiet tuża pronomi femminili, kif ukoll ħarġet l-isem il-ġdid tagħha - Caitlyn. Wara dan il-pass li bosta ddeskrivew bħala kuraġġuż, Caitlyn irnexxielha wkoll tikser ir-rekord fuq Twitter, hekk kif kisbet aktar minn miljun segwaċi f'erba' sigħat biss. Hija ħadet ix-xettru tal-aktar persuna li segwewha nies f'daqqa fuq Twitter lill-President Amerikan Barack Obama.

Intant, Vanity Fair fuq is-sit tagħhom spjegaw kif fl-intervista li hemm fir-rivista tagħhom, "Jenner titkellem b'mod kommoventi dwar il-vjaġġ tagħha. Tgħid li 'li kieku kont fuq is-sodda tal-mewt u żammejt dan is-sigriet u qatt m'għamilt xejn dwarha, kont inkun qed nghid 'għadek kif ħlejt ħajtek kollha'"

Int x'taħseb dwar dan kollu? Semma' leħnek fuq MT Observer u kkontribwixxi. 

 

More in Zekzik