[FILMAT] Plejers ta' Ajax joħorġu għall-partita ma' ommhom

Ġest sabiħ f'Jum l-Omm

Il-captain tat-tim flimkien ma' ommu
Il-captain tat-tim flimkien ma' ommu

Qabel logħba futbol, naraw il-plejers li jkunu se jikkonfrontaw lil xulxin waqt il-logħba, joħorġu mid-dressing rooms tagħhom flimkien ma' tfal li jkunu l-maskot tat-tim.

Dan ma ġarax ilbieraħ, hekk kif il-plejers tat-tim tal-Ajax, ħarġu fil-grawnd akkumpanjati minn ommijiethom f'Amsterdam Arena, fl-okkażjoni ta' Jum l-Omm.

It-tim ta' Ajax għamel dan qabel il-partita li kellhom kontra Cambuur, waqt li l-plejers ħarġu b'bukkett fjuri li iktar tard tawh lil ommhom.

More in Zekzik