Re-union tal-iSpice Girls

Imqar jekk għall-festin t'għeluq snin David Beckham

Sa fl-aħħar, rajna re-union tal-grupp popolari tas-snin 90. Imma din kienet biss laqgħa li saret f'għeluq l-40 sena tar-raġel ta' Victoria Beckham, David, jiġifieri ma kienx hemm kant min-naħa tal-band.

Għall-festin ta' David Beckham li sar f'Marrakesh fil-Marokk f'għeluq l-erbgħin sena tiegħu, kien hemm fost il-mistednin Emma Bunton, Mel C, u Geri Halliwell, flimkien mal-istess Victoria Beckham.

Propju f'għeluq sninu, David Beckham ukoll għamel id-debutt tiegħu fuq Instagram.

Great to see these shy and retiring ladies. Never a dull moment.

A photo posted by David Beckham (@davidbeckham) on

Għalkemm fin-nuqqas ta' 'Scary Spice', Mel B, donnu kien hemm sostitut għaliha għax daħlet għar-ritratti l-attriċi famuża Eva Longoria, fejn anke fuq Instagram kitbet: ‘I’m the new Spice Girl! #LatinaSpice’.

More in Zekzik