Eks kantant tal-Eurovision mejjet jista jitla fil-Parlament Ingliż

Ronnie Carroll  miet jumejn ilu u ismu baqa' fil-karta tal-vot

Ronnie Carroll meta ħa sehem fil-eurovision
Ronnie Carroll meta ħa sehem fil-eurovision

Ronnie Carroll li kien ġie r-raba fil-Eurovision tal-1962 u 1963 miet jumejn ilu Londra wara li tilef il-battalja kontra l-kanċer. Hu kellu 80 sena u kien qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali għal Hampstead u Kilburn. Iżda l-karti tal-voti huma stampati u allura jista jiġi vvutat u jitla fil-parlament jekk iġib biżżejjed voti. Għalkemm wara l-elezzjoni tiegħu tiġi nulla, pero legalment ikun tela avolja mejjet. Carroll kien diġa ikkontesta elezzjoni oħra fejn kien ġab 29 vot u kien ħareġ indipendenti b'imħatra li ma jakkwista ebda vot, iżda fejn ħareġ hu bi 42 vot jista jakkwista siġġu parlamentari li kien intrebaħ mill-membru Laburista Glenda jackson fl-2010 bi 42 vot.

Ronnie Carroll mat-tieni mara tiegħu June Paul
Ronnie Carroll mat-tieni mara tiegħu June Paul

Carroll kien l-uniku kantant fl-Ingilterra li ħa sehem f'żewġ finali wara xulxin fl-1962 b' Ring-a-Ding Girl u sena wara b'Say Wonderful Things.

Il-fama tiegħu kienet laħqet il-quċċata fil-ħamsinijiet u fis-sittinijiet meta kien imsemmi għalkemm ħareġ ma' nisa differenti fejn kien aktar popolari man-nisa minn Sean Connery.

More in Zekzik