Ronald McDonald fi ġlieda mat-Taljani

Botta u risposta bejn Mc Donalds u l-pizzara ta' Napli

Lit-Taljani tista' tiċċajtalhom ma' kollox, imma mal-pizza żgur li le!
Sidien differenti ta' pizzeriji jinstabu offiżi bil-kbir hekk kif riklam li qed jixxandar fuq it-TV Taljana turi tifel li jirrifjuta li jiekol biċċa pizza naplitana, u minflok jistaqsi għal Happy Meal.

Il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni Pizza Naplitana, bbażata ovvjament f'Napli qal li xeba' jara kumpaniji tal-fast food li jippromwovu ikel ħażin fost it-tfal. "Xbajna narawhom jistagħnaw minn fuq dahar saħħet uliedna" saħaq Massimo Di Porzio. B'hekk inħareġ dan il-filmat b'ritaljazzjoni, fejn bi ftit satira tal-istess riklam tal-Mc Donalds, irnexxielhom joħorġu l-element tassew Naplitan:

 

Huwa qal li qed jheddu li jtellgħu lill-ġgant Mc Donalds il-qorti hekk kif ir-riklam huwa "attakk diżonorabbli kontra wieħed mis-simboli tad-dieta Mediterranja."

Minn nhar il-Ħadd li għadda, ir-riklam ta' Mc Donalds m'għadux jixxandar fuq it-TV Taljana - ħaġa li kienet skedata minn qabel. Min-naħa tagħhom, kelliem għal Mc Donalds qal li r-riklam ma riedx jattakka l-kultura tal-ikel Taljana, imma qal ukoll li anke l-akbar koki ta' Napli xi darba jew oħra żgur ħadu lil uliedhom għand Mc Donalds.

More in Zekzik