Raġel jiġri wara l-Papa Franġisku...biex jagħtih pizza

Pizzar minn Napli jisfida kull sigurtà u jiġri wara l-karozza tal-Papa

Jekk il-muntanja ma tmurx għand Mawmettu, Mawmettu jmur għand il-muntanja. Jidher li dan kien il-każ tal-Papa Franġisku, hekk kif ftit tal-jiem ilu stqarr li jħoss in-nuqqas ta' dak iż-żmien fejn seta' joħroġ jiekol pizza fil-paċi - la ma setax imur għall-pizza hu, Enzo Cacialli, pizzar minn Napli ħa l-pizza għand il-Papa.

Dan għamlu wara li ħa r-riskju li jitkeċċa mis-sigurtà tal-Papa stess - hekk kif ġera wara l-karozza tal-Papa sabiex jagħti l-pizza, magħmula fil-pizzeria fejn hu jaħdem - Don Ernesto Pizzeria, personalment lill-Papa. Cacialli, il missieru kien sajjar għall-Eks President tal-Istati Uniti, Bill Clinton meta dan kien fuq żjara f'Napli stess fl-1994, qal li kien "ferħan ħa jtir li l-Papa ħa l-pizza minn idi stess". Kompla jgħid li "dan il-ġest huwa wieħed emozzjonanti ħafna. Huwa diffiċli nesprimi kemm ngħożż dan il-ġest li għamilt għal raġel li nħobbu tant, għal bniedem mimli umanità."

Il-pizza, b' "Viva l-Papa" miktuba fuqha, jidher li ftit li xejn inkwetat lil Papa, hekk kif laqa' dan il-ġest bi tbissima. Min-naħa tiegħu, Cacialli jidher li għadu qed jistenna mingħand il-Papa jekk il-pizza għoġbitux, jew le.

More in Zekzik