Putin jisparixxi għal ftit jiem: Mar l-Iżvizzera jara lil ibnu jitwieled

Putin li għandu 62 sena assista għat-twelid ta' ibnu mil-maħbuba tiegħu ta’ 32 sena

Putin u Kabalieva
Putin u Kabalieva
Kabalieva l-maħbuba ta Putin
Kabalieva l-maħbuba ta Putin

Il-President Russu Vladimir Putin irritorna fix-xena pubblika wara li kien sparixxa għal xi jiem, fejn anke bdew jiġru diċeriji li jinsab marid jew anke maqtul. Iżda l-Kremlin illum ippubblika ritratt ta’ Putin flimkien mal-president tal-qorti suprema Viaceslav Lebedev dwar ir-rifoma fis-sistema ġudizzjarja tar-Russja.
Tabloid Żvizzeru ‘Blick’ ħarġet l-istorja li hu kien it-Ticino fl-Iżvizzera jassisti għat-twelid ta’ ibnu mill-maħbuba tiegħu ta’ 32 sena Alina Kabaieva fi klinika privata Sant’Anna di Sorengo. Putin ilu mhux ħażin f’relazzjoni mal-ex kampjonessa Olimpika tal-ġinnastika Russa fejn anke poġġiha bħala l-Kap tal-Kunsill tal-grupp tal-media nazzjonali.
It-tabloid qalet li kien Silvio Berlusconi li tah il-pariri li jmur f’dik il-klinika fejn fl-2009 bintu Barbara welldet lit-tifel Eduardo. Skont il-gossip jingħad li Putin u Kabaieva diġa għandhom żewġ ulied oħra flimkien, iżda dan l-għajdut kien miċħud sew minn Putin kif ukoll minn Kabaieva. Putin iddivorzja lil martu Liudmilla.

 

More in Zekzik