(FILMAT GRAFIKU) Miss BumBum b'infezzjoni fil-warrani li tista tkun fatali

Andressa li qajmet kontroversja meta qalet li raqdet ma' Ronaldo llum tgħid li l-vanità ġabitha f'din il-kundizzjoni

 

Andressa Urach waħda mill-isbaħ mudelli fil-Brażil ġiet it-tieni fil-kompetizzjoni ta' Miss BumBum, iżda bħalissa tinsab l-isptar wara li l-kirurġija li għamlet fuq il-warrani tagħha b'impjanti, infettaw ruħhom u tista' anke titlef ħajjitha. 

Sa ftit ġimgħat ilu kienet diġà ddaħħlet l-isptar wara li kellha infezzjoni kbira f'saqajha fejn kien ankè mistenni li jinqatgħulha saqajha meta il-hydrogel u l-PMMA li ġew injettati fil-warrani tagħha bdew jeqirdulha l-muskoli kollha ta' saqajha. 

Dak in-nhar it-tfajla ta' 27 sena qalet li kuntenta li salvat saqajha, iżda issa reġgħet ittieħdet b'mod urġenti l-isptar meta l-impjant tal-warrani tax-xellug infjama ruħu. Miss Urach mill-isptar fil-Brażil qalet, "qed insofri ħafna iżda naf li Alla hu miegħi. It-tort tiegħi għax il-vanità tiegħi ġagħlitni nagħmel ħafna iżjed milli kelli nagħmel."

"Illum m'għandix bżonn iżjed ġismi biex naħdem, issa nista' naħdem xogħol li jagħmilli unur u nista nżomm lil familti. Nippreferi li jkolli saqajja u nkun nista' nimxi u nitlef nofs il-warrani tiegħi, basta ngħix." qalet il-mudella li kienet qalgħet kontroversja sħiħa meta qalet li raqdet ma' Cristiano Ronaldo.

Il-mudella fil-fatt għamlet disa operazzjonijiet biex tisbieħ f'dawn l-aħħar ħames snin.

 

 

More in Zekzik