Imut Leonard Nimoy, l-attur li ħadem l-irwol ta' Spock

Nimoy miet fl-età ta' 83 sena

L-attur Leonard Nimoy fil-parti ta' Spock
L-attur Leonard Nimoy fil-parti ta' Spock

L-attur Leonard Nimoy li hu magħruf l-aktar għall-irwol li ħadem fis-serje televiżiva ta' Star Trek, miet fl-età ta' 83 sena. F'din is-serje, Nimoy kien jaħdem il-parti ta' Mr. Spock. 

Il-mara ta' Nimoy, Susan qalet li l-attur miet kawża ta' mard pulmonari, li hu ammetta li wasal minħabba l-vizzju tat-tipjip li kien temm 30 sena ilu. Nimoy iddaħħal l-isptar f'Los Angeles iktar kmieni din il-ġimgħa.

 

More in Zekzik