[FILMAT] Qalulu biex jinża ċ-ċintorin u neża għarwien ħuta

Dan il-każ ġara fl-ajruport ta' San Pietruburgu fir-Russja meta dan ir-raġel iffrustra ruħu meta talbuh ineħħi ċ-ċintorin

Passiġġier iffrustra ruħu meta qalulu biex ineħħi ċ-ċintorin iddeċieda li żgur ma jdoqqlu xejn u neża għarwien ħuta. Il-każ ġara f'Pulkovo Airport f'St. Petersburg, ir-Russja.

Il-filmat tas-sigurtà juri lir-raġel, l-ewwel ineħħi ż-żarbun, wara l-qalziet imbagħad il-qmis u l-arloġġ. Ħalla biss il-kalzetti.

Wara li għadda mis-sigurtà u ma daqqlu xejn, mar għall-arloġġ libsu, qabad ħwejġu u telaq bihom f'idejh. Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ speċjalment li l-membri tas-sigurtà xejn ma ġew affetwati bl-att li għamel dan il-passiġġier.

 

More in Zekzik