Rihanna tippoża mal-klieb il-baħar għal Harper's Bazaar

Il-kantanta ta' Four Five Seconds ippużat għarwiena, mas-sriep u issa mal-klieb il-baħar

Rajna lil Rihanna tippoża mas-sriep, u anke għarwiena, issa qed tgħum mal-klieb il-baħar fl-iktar photoshoot perikoluża li qatt għamlet s'issa.

Rihanna, li hi magħrufa għal karattru spontanju li għandha, niżlet taħt l-ilma għar-rivista Harper's Bazaar li se toħroġ f'Marzu 2015. Ir-ritratti kienu meħudha minn Norman Jean Roy li hu fotografu u għaddas. Rihanna niżlet b'malja biss waqt li kienet qed tgħum pulzieri biss minn great white shark enormi.

Għalkemm tidher li hija sfida tal-biża' ħafna, Rihanna żgurat ruħha b'assigurazzjoni u żgur ma ħallietx is-sħiħ għar-riħ.

Hawn taħt tistgħu taraw il-filmat tal-kantanta tad-diska Four Five Seconds nieżla taħt l-ilma biex tieħu r-ritratti mal-kelb il-baħar.

More in Zekzik