It-tifla ta’ Whitney Houston għadha tiġġieled għal ħajjitha

Bobbi Kristina Brown, it-tifla tal-kantanta Whitney Houston għadha f’kundizzjoni kritika

Bobbi Kristina flimkien ma' ommha Whitney Houston 3 snin ilu
Bobbi Kristina flimkien ma' ommha Whitney Houston 3 snin ilu

Bobbi Kristina Brown, it-tifla tal-kantanta Whitney Houston għadha f’kundizzjoni kritika hekk kif għadha mhux f’sensiha wara li nhar is-Sibt li għadda, instabet f’darha, wiċċha ’l isfel fil-banju.

Sabha r-raġel tagħha, Nick Gordon, fejn kienet mitlufa minn sensiha u ma tiħux nifs, waqt li ċemplu lill-ambulanza li min-naħa tagħhom waslu fuq il-post fl-10.25am fejn ħadu lil Brown l-isptar.

Brown issa hija ħajja u tieħu n-nifs. Il-familja qalet li Brown tinsab l-isptar, imdawra bil-familja immedjata waqt li talbet biex tiġi rrispettata l-privatezza tagħhom.

Omm Bobbi Kristina, Whitney Houston ġiet misjuba mejta tliet snin ilu, kważi b l-istess mod, mitlufa minn sensieha fil-banju f’Beverly Hills.

More in Zekzik