Ulied Nicole Kidman ma jridux familja akbar

Jippreferu li jkollhom kelb

Minkejja li Nicole Kidman tixtieq ħafna li tkompli tkabbar familtha, l-iżgħar żewġt ibniet tagħha ma jridux, għax huma kuntenti kif inhuma. Jippreferu kieku ġġibilhom kelb.

“Le, ma jridux kompetizzjoni. Staqsejthom jekk iridux ħuhom ieħor jew oħthom imma qaluli ‘Le, qegħdin tajjeb hekk’. Imma jridu kelb,” qalet lil E!News.

Għalkemm uliedha huma kuntenti li huma familja ta’ erbgħa, l-attriċi Awstraljana, li ilha miżżewġa lir-raġel attwali għal dawn l-aħħar tmien snin, kienet qalet li tixtieq ikollha aktar tfal.

“Fis-sens, nittama li jien tqila kull xahar, imma qatt ma nkun. Kieku naqbeż bil-ferħ jekk inkun. Imma mhux se tiġri. Le! Għandi 47 sena, mhux se tiġri... Għalkemm nannti kellha l-aħħar tarbija meta kellha 49. Allura ma tistax tgħid.”

Kidman għandha erbat itfal imma waħda biss welldet, Sunday Rose ta’ sitt snin, minn żewġha Keith Urban. L-iżgħar bint, Margaret Faith ta’ erba’ snin, twieldet b’mod surrogat. Iż-żewġ ulied il-kbar, li llum huma adoloxxenti, kienu ġew addottati mal-eks żewġha Tom Cruise u jgħixu miegħu.

More in Zekzik