Eks kantant tal-Westlife jarma b'gabbana tal-ikel

Mark Feehily dalwaqt joħroġ l-album solista tiegħu

Mark Feehily, eks kantant tal-Westlife
Mark Feehily, eks kantant tal-Westlife

Mark Feehily, wieħed mill-eks kantanti tal-grupp Westlife, illum qed ibigħ kafè u crepes minn gabbana tal-ikel. Hu jdur bil-vann tal-ikel tiegħu fil-festivals mużikali imma l-mużika ma ħallihiex fuq l-ixkaffa.

Fuq Today FM, Feehily qal: “In-negozju qed imur tajjeb ħafna, għandna ħafna interess u bbukkjajna ħafna xogħol fil-festivals tal-mużika u qegħdin naħsbu biex inżuru xi festivals Irlandiżi wkoll.

Spjega kif in-nies huma mistagħġba bix-xogħol il-ġdid tiegħu u jħarsu lejh bħala kif mill-fama spiċa jservi t-tè lin-nies.

“Hu n-negozju tiegħi u nħobbu. Kwalunkwe ħaġa li nagħmel nidħol għaliha 110%.  Koppja Irlandiża staqsietni x’qed nagħmel ġo vann. Weġibthom: ‘Inħobb il-festivals, għaliex le?’ ”

Għall-futur qed jaħseb biex jibda jbigħ anke l-cocktails u t-tapas. Imma mhux biss. Dalwaqt se jniedi l-karriera ta’ kantant solist.

“Kulħadd jaħseb li mort lura d-dar u qgħadt ċiċċi beqqi għal dawn l-aħħar ftit snin. Imbilli n-nies ma jarawx ma jfissirx li mhu qed tagħmel xejn. Ftit wara li l-Westlife wafqu mort lura fl-istudjo u ħadt id-deċiżjoni li nibda mill-ġdid. Il-mużika tiegħi hi pjuttost differenti minn tal-Westlife,” tenna Feehily.

Il-vann tal-ikel ta' Mark Feehily
Il-vann tal-ikel ta' Mark Feehily

More in Zekzik