Il-McLaren ta' Mr Bean għall-bejgħ

Rowan Atkinson qed jitlob £8 miljun minkejja li ħabat biha darbtejn

Rowan Atkinson
Rowan Atkinson

Rowan Atkinson, magħruf l-aktar għar-rwoli tiegħu bħala Mr Bean u Blackadder, poġġa l-McLaren fuq is-suq għal £8 miljun. Hu kien xtara l-karozza fl-1997 għal £540,000. Minn dak iż-żmien ’l hawn il-valur tal-karozza żdied, minkejja li ħabat biha darbtejn, bl-aħħar ħabta tiswielu £900,000 biex isewwiha wara li skiddja għal ġo siġra.

L-attur, li għadu kif għalaq is-60 sena, spjega għal xiex jixtieq ibigħ il-karozza, “Qatt ma nxtrat bħala investiment. Xtrajtha għall-kwalità tal-ħsieb li mar fid-disinn tagħha u issa saret xi ħaġa ta’ valur. Wasal iż-żmien li jgawdiha xi ħaddieħor.

“L-aktar li għoġobni fiha meta soqtha l-ewwel darba kien il-pjaċir li ttik meta ssuqha bil-mod. Ovvjament mort fuq track u soqt b’200mph.”

Il-karozza fiha 41,000 mil u Atkinson ammetta li kien juża bħal kwalunkwe karozza oħra – biex imur jagħmel ix-xirjiet tiegħu u jiġbor lit-tfal mill-iskola.

More in Zekzik