Nisa b'warrani kbir iwelldu tfal aktar intelliġenti

L-iżvilupp ta' moħħ ta' tarbija jiddependi mix-xaħam li hemm fil-warrani u fil-ġenbejn tal-omm

JLO imsemmija għal warrani kbir tagħha u dan għandu jagħmilha omm ta' tfal intelliġenti aktar
JLO imsemmija għal warrani kbir tagħha u dan għandu jagħmilha omm ta' tfal intelliġenti aktar

Dan skont studju xjentifiku li l-professuri William Lassek u Steven Gaulin mill-Universita Amerikana ta' Pittsburgh għamlu wara li ilhom ħafna jistudjaw il-warrani tan-nisa. Huma jemmnu li dan it-tagħrif li ħarġu juri għaliex mara għandha warrani tradizzjonalment aktar mibrum minn ta' raġel.

Huma sabu li biex tibni sistema nervuża għandek bżonn ħafna xaħam u x-xaħam li jeżisti fin-naħat tal-warrani hu ferm importanti għal moħħ tal-bniedem. Jidher li n-nisa evolvew b'mod li jakkumulaw dan ix-xaħam, iżommuh sa ma jkollhom it-tarbija.

Il_Professur Lassek qal li fost il-mammals il-livell tax-xaħam fil-ġisem hu ta' bejn il-5 u 10%, iżda fin-nida dan jitla għal 30%, eżatt daqs kemm ikollu ors qabel jidħol biex jagħmel il-'hibernation' tiegħ, inkella l-baleni li jgħixu fil-baħar kiesaħ tal-Artiku. 

David Bainbridge, professur fl-Universita ta' Cambridge qabel ma' dawn l-istudji u qal li dawn it-tip ta' nisa huma l-aktar li jattiraw lir-raġel, u dawk b'warrani mibrum hemm 1ans li jwelldu tfal aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti. Anke jekk ammetta wkoll li hemm fatturi oħra li jgħinu f'dan il-lat. 

More in Zekzik