Ma jneħħix il-ħwejjeġ ta’ taħt meta jagħmel is-sess

Marilyn Manson jibża’ jkun għarwien ma jmurx id-dar tieħu n-nar

Marilyn Manson
Marilyn Manson

Marilyn Manson ikollu x’jaqsam sesswalment mill-inqas ħames darbiet kuljum imma jirrifjuta li jneħħi l-qalziet ta’ taħt ma jmurx id-dar tieħu n-nar. Il-kantant ta’ 46 sena jkun irid ukoll li ma jkunx hemm dawl waqt l-att għax hu mistħi. Imma jieħu gost iqatta’ l-ġurnata mat-tfajla tiegħu, Lindsay Usich li hi fotografa, u dan l-aħħar kisru r-rekord meta kellhom x’jaqsmu 10 darbiet f’jum.

“Jien sempliċiment mistħi ħafna, minkejja dak li tista’ taħseb. Għandi fobja li d-dar tieħu n-nar, u ma rridx inkun għarwien,” qal Manson lill-magazin Rolling Stone.

Il-kantant iżomm il-kamra tas-sodda dejjem bl-istess temperatura ta’ 65 degrees Fahrenheit u lożor suwed fuq is-sodda.

Manson kien joħroġ mal-atturi Rose McGowan u Evan Rachel Wood, l-istilla tal-porn Jenna Jameson, u miżżewweġ għal ftit iktar minn sena lir-reġina tal-burlesque Dita Von Teese.

More in Zekzik