[FILMAT] Tfajla fis-sakra tipprovoka ġuvni li jirritalja b’KO

Xejritlu bil-ponn u weġibha bil-ponn. Għamel sew jew qabeż il-limitu?

Tfajla taħt l-età fis-sakra ħadet lezzjoni li tibqa' tiftakarha meta xurbana bdiet tagħmel bullying fuq żagħżugħ ieħor u tipprovokah. Fejn fil-fatt anke bdiet tagħtih bil-ponn waqt li kien mitluq fuq sufan. Din spiċċat biex fl-aħħar tilfitlu rasu u nnukkjaha. Wieħed minn dawk preżenti ġibed kollox fuq il-mobile tiegħu u l-filmat ta’ 2 minuti spiċċa fuq l-internet..

**Warning: Dan il-filmat hu ta’ natura grafika u fih kliem vulgari

Ħafna siti irrapurtaw li dawn kienu kollha taħt l-eta li kienu qed jattendu party ta’ xorb bla limitu. Il-filmat jibda b’din it-tfajla tagħti bil-ponn lil dan iż-żagħżugħ li anke ħarġitlu d-demm minnfejn għajnejh. Mill-kwantita ta’ fliexken tax-xorb li jidhru fil-filmat hu ċar li kulmin kien hemm kien xurban. Sadattant din it-tfajla kompliet tipprovoka lil dan iż-żagħżugħ li beda jiġi kkalmat minn ħabib tiegħu. Iżda filwaqt li kompliet tidħak u tinsulentah reġgħet ippruvat tagħtih daqqa ta’ ponn oħra fejn xejret idejha iżda ma laqtitx il-bersall. Hu stenna ftit u fajjrilha daqqa ta’ ponn li ramiha fuq sieħbu u meta terġa tidher it-tfajla tidher li għandha d-demm ma’ ħalqha u l-filmat jinqata dak il-ħin.

Huma ħafna l-opinjonijiet ta’ dawk li raw il-filmat jekk il-ġuvni kellux raġun jirritalja jew le. Hemm min jemmen li għamlilha sew iżda hemm oħrajn li qalu li qabeż il-limitu meta taha daqqa ta’ ponn lura.

Intom x’taħsbu?

More in Zekzik