Imħassba għax ma tistax terġa’ tinqabad tqila

Kim Kardashian ilha tippruva għal tarbija oħra għal dawn l-aħħar 9 xhur

Kim Kardashian
Kim Kardashian

Dan l-aħħar Kardashian dehret imħassba. Skont is-sit TMZ Kardashian ma tistax tinqabad tqila u dwar dan fetħet qalbha ma’ familtha u ħbiebha. Kardashian u żewġha Kanye West ilhom jippruvaw għal tarbija oħra għal dawn l-aħħar disa’ xhur. Sa anki marret għand tobba dwar il-fertilità.

Mid-dehra North West kienet miraklu għall-kopja. Tliet speċjalisti kienu qalu lil Kardashian, li għandha 34 sena, li ma setgħetx tinqabad tqila qabel ġiet it-tifla. Il-koppja assumiet li t-tieni tarbija se tkun eħfef, wara l-ewwel waħda, imma t-tobba qalulha li mhux il-każ.

Skont sorsi tat-TMZ, Kardashian qed tipprova tnaqqas l-istress u taqta’ mill-ivvjaġġar, fuq parir tat-tabib. 

More in Zekzik