Konna naqilgħu mandolina u ftit lewż - Paul McArtney

Sir Paul McCartney jiftakar u jitkellem dwar is-sempliċità fil-Milied ta’ tfulitu

Sir Paul McCartney
Sir Paul McCartney

L-eks kantant tal-Beatles Sir Paul McCartney spjega kif l-innoċenza ta’ meta kien żgħir ġabitlu l-aktar memorji għal qalbu minkejja li ma kienx jaqla’ xi rigali ta’ barra minn hawn. Imma ommu Mary u missieru Jim kienu jagħmlu sforz kbir biex jgħinu lil uliedhom jemmnu fl-ispirtu tal-Milied.

Mistoqsi x’kienu l-memorji favoriti tiegħu marbuta mal-Milied fuq is-sit uffiċjali tiegħu, Sir Paul, qal: “Naħseb li nqum filgħodu bħala tifel żgħir ħafna f’jum il-Milied, u nara l-imħadda li konna nirċievu. Kienet qisha bħall-kalzetta imma ommi u missieri kienu jużaw imħadda, u kien ikun fiha rigal, xi ftit lewż u mandolina.  

“Ma konniex tal-flus allura ma konniex bħat-tfal tal-lum b’rigali li jiswew mal-200 lira. Imma konna nkunu daqstant eċitanti li ġie. Konna kompletament nemmnu li Santa ġie fil-kamra tas-sodda tagħna u ħallielna l-imħadda l-bajda tiegħu.

“Lewż, mandolina, u xi rigal jew tnejn. Kienet tad-daħq imma, mhux il-valur tar-rigali li kien jaffettwana tant, għalkemm dak ukoll, imma l-idea li Santa ġie. Naħseb dik li kienet. L-iktar memorji għal qalbek jiġu mill-innoċenza ta’ tfulitek,” temm jgħid il-kantant ta’ 72 sena.

Sir Paul ma' ħuh Mike
Sir Paul ma' ħuh Mike

More in Zekzik