Roundabout bejn Naxxar u San Ġwann tingħalaq u toħloq kaos sħiħ

Tgħid din perċezzjoni?

Il-pajjiż falla bi kbir fejn jirrigwarda traffiku u trasport pubbliku. Inġubu kull skuża li nistgħu noħolqu. Iżda l-fatti qed juru li l-akbar falliment jinsab fit-tmexxija tal-Awtorita tat-Trasport fejn ma nafx minfejn qed iġibu l-idejat ta' kif jitmexxew it-toroq Maltin. ir-rawndebawt bejn Naxxar u San Ġwann ingħalqet, hekk f'ħakka t'għajn. Ir-raġuni jafha biss minn ġietu din il-'colpo di fulmine'. Il-fatti juru biss li nħoloq kaos sħiħ.

Iżda anke jekk dan sar apposta biex nagħmlu l-ħajja aktar faċli għal min kull filgħodu jfettillu jsuq xi ftti biex jgħaddi ż-żmien (u jgħaddi tafux), jibqa fatt li tal-inqas neħħi s-sinjal li juri li hemmhekk suppost hemm rawndebawt. Issa jew min imexxi Trasport Malta hu ġenjali u allura aħna n-nies tad-dinja ma nifhmuhx inkella hu lliterat fejn jidħol traffiku. Il-fatt jibqa li d-deċiżjonijiet tiegħu żgur li mhux qed jinftehmu. Forsi wkoll li din hi perċezzjoni tiegħi.

More in Zekzik