Kawża oħra għal Mariah Carey

Il-kantanta taf aktar minn 4,000 siegħa f’sahra lill-eks-assistenta tagħha

Mariah Carey
Mariah Carey

Eks-assistenta ta’ Mariah Carey fetħet kawża l-Qorti kontra l-kantanta u tfittixha għal ammont sew ta’ flus. Ylser Oliver, ta’ 49 sena, qed issostni li kienet imġiegħla taħdem sebat ijiet fil-ġìmgħa u ġranet ta’ 16-il siegħa bla ma ngħatat flus għas-sahra. L-assistenta qed tallega wkoll li f’seba’ snin ma ngħatatx breaks.

Xogħolha kien jikkonsisti f’li tnaddaf id-dar tal-kantanta, tippakkjalha l-bagalji u teħdilha ħsieb tal-bżonnijiet personali. Kienet issiefer magħha u tieħu ħsieb il-korrispondenza personali tagħha.

L-avukat ta’ Oliver mhux qed jgħid x’somma qed titlob imma s-sigħat tas-sahra tagħha jaqbżu l-4,000. 

More in Zekzik