Nefqu mas-£60,000 f’rigali għal binthom

Kim Kardashian u Kanye West xtrawlha tiara bid-djamanti għall-Milied

Kim Kardashian u Kanye West ma' binthom North
Kim Kardashian u Kanye West ma' binthom North

Minkejja li dan l-aħħar Kim Kardashian iddikkjarat li ma tħobbx tħassar lil bintha North, li għandha ftit iktar minn sena, hi u żewġha ma żammewx lura milli jonfqu patafjun dollari f’rigali għal binthom għall-Milied li ġej.

Sors qalet lil magazin Heat li missier it-tifla, Kanye West, xtara tiara bid-djamanti biex meta tkun qed tilgħab, tħossha prinċipessa vera.

“Qed jittama li tgħożżha matul it-tfulija kollha. Probabbilment tiswa mal-£50,000 mill-inqas. Imbagħad xtralha waħda minn dawk il-karozzi tat-tfal – kopja eżatta tas-SUV sewda tiegħu. Hu jaħseb li hi l-iktar ħaġa cool u swietlu mal-£10,000.”

More in Zekzik