Kartellun b'Belen fuqu kellu jitneħħa għax beda jħawwad lix-xufiera f'Milan

Il-mudella Arġentina Belen Rodriguez ħawdet lix-xufiera Milaniżi liebsa l-lingerie

Kartellun pubbliċitarju ġgantesk bil-forma 'hot' ta' Belen timmudella għal ditta ta' ħwejjeġ ta' taħt laqat l-għajn ta' kull xufier li għadda minn quddiemu n-naħat ta' Milan. Il-fatt kien li kulmin beda jgħaddi minn ħdejh beda jnaqqas il-veloċità u t-traffiku beda jiżżid bil-periklu li anke jkun hemm xi inċident. Dan il-kartellun ġgantesk tpoġġa fl-aktar triq traffikuża tax-shopping (l-ispeċi ta' Oxford Street ta' Milan) Corso Beunos Aires f'salib it-toroq ma' Via dei Palazzi. Il-pulizija lokali neħħew dan il-kartellun għax qalu li beda jtellef mill-konċentrazzjoni fis-sewqan.  

Fil-fatt fir-ritratti li bdew jidhru fuq dan il-kartellun Belen ftit ħalliet għall-imaġinazzjoni speċjalment il-warrani tagħha u l-'cleavage' tagħha kien sexy wisq. Ir-reklam ġie mibdul ma' wieħed tal-fwieħa. 

More in Zekzik