Imħabba ġdida għal Kim Basinger

Mhux magħruf isem ir-raġel li kienet fil-kumpanija tiegħu fil-Hawaii

Kim Basinger mar-raġel misterjuż
Kim Basinger mar-raġel misterjuż

Kim Basinger żammet il-ħajja romantika tagħha private wara d-divorzju qares li ġarrbet ma’ żewġha Alec Baldwin 12-il sena ilu. Imma mid-dehra l-attriċi ta’ 60 sena issa mhix tiddejjaq turi l-fjamma l-ġdida. Ilbieraħtlula kienet fil-kumpanija ta’ raġel misterjuż fil-Hawaii u l-koppja kienet mehdija f’ħafna tgħanniq u bews meta kienu l-baħar.

Basinger infirdet minn ma’ Baldwin fl-2002, imma l-kustodja dwar binthom baqgħet għaddejja snin wara, għalkemm issa ntlaħaq ftehim. Binthom Ireland illum għandha 19-il sena.

L-attriċi qabel kienet miżżewġa lill-irtukkatur Ron Snyder-Britton għal tmien snin, li kien 15-il sena ikbar minnha, u wara li nfirdu ħareġ memoir dwar ir-relazzjoni tagħhom. Fiha kien allega li Basinger kellha relazzjoni ma’ Richard Gere, li ħadmu numru ta’ films flimkien. 

Kim Basinger fil-Hawaii
Kim Basinger fil-Hawaii

More in Zekzik