[FILMAT] Int toħdilha r-raġel u hi teħodlok ħwejġek

Użanza ġdida fiċ-Ċina - dawk li qed jinqabdu ma' rġiel ta' ħaddieħor qed jitneżżgħu għarwenin u mogħtija xeba fit-triq

In-nisa traduti ma jaħfrux malajr. Waħda li daqithom hi Lin Yao Li ta' 38 sena (ritratti) li ġiet avvelita, imsawta u mneżża fit-triq talli raqdet mar-raġel ta' mara oħra. Din l-użanza qed tiġri regolari fiċ-Ċina. Tant hu hekk li lanqas il-pulizija mhi qed tintervjeni meta jiġri hekk għax għalihom l-adultera hekk ħaqqha.

Mhux hekk biss min ikun viċin jidħol jgħin lil mara traduta u jkomplu jsawtu lill-adultera. U d-daqqiet ikunu bis-serjetà tant li Lin Yao spiċċat l-isptar. Din issa qed issir normali fiċ-Ċina fejn in-nisa traduti qed jagħmlu vendetta minn dawn in-nisa li jeħdulhom lil żwieġhom.

Tant hu hekk li hawn taħt wieħed isib video ta' mara oħra li għaddiet mill-istess umiljazzjoni.

 

More in Zekzik